Karriera Legali
B'karriera legali mibnija fuq snin ta' esperjenza, Deborah ġġib magħha perspettiva prattika u ġusta li tgħinha twassal politika li tagħmel differenza reali fil-ħajja tan-nies.
B'karriera legali mibnija fuq snin ta' esperjenza, Deborah ġġib magħha perspettiva prattika u ġusta li tgħinha twassal politika li tagħmel differenza reali fil-ħajja tan-nies.
Bħala eks Membru Parlamentari, mexxiet u kkontribwiet għal-liġijiet li verament jagħmlu differenza fil-ħajja ta' kuljum tal-familji Maltin.
Magħrufa għall-leadership skills tagħha fil-qasam tad-drittijiet ċivili inkluż l-ugwaljanza, d-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+ u l-ġustizzja soċjali. Deborah kienet pijuniera fl-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju f'Malta.
Deborah temmen li politika effettiva tibda mill-komunità — billi tisma', tifhem u taħdem id f'id man-nies biex twassal għal bidla konkreta.
Tliet impenji li jiggwidaw kull pożizzjoni.
Issa li l-pajjiż għamel avvanzi kbar ekonomiċi, wasal iż-żmien li, barra li nkomplu nkabbru l-ekonomija, nintroduċu dak is-suċċess f’kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji tagħna.
Komunitajiet fil-qalba tas-soċjetà Maltija b’aktar sigurtà u spazji aċċessibbli għal kulħadd.
Soluzzjonijiet effettivi għal problemi reali li jaffettwaw il-familji fil-ħajja ta’ kuljum.
Familji Diversi
Valuri Komuni






Dr Schembri dejjem emmnet f'politika nadifa, imxiet b'integrità u b'etika professjonali u ħaddnet valuri sodi f'ħidmietha biex filwaqt li ma naqset qatt li tkun leali lejja bħala Prim Ministru u lejn il-Partit Laburista, dejjem ħadmet favur il-ġid nazzjonali u fl-aħjar interess tal-poplu li eleġiha mingħajr ma ħarset lejn uċuħ. Nies bħalha m'għandhomx bżonn il-politika, hija l-politika li għandha bżonnhom!
Matul il-karriera twila politika tiegħi tgħallimt nagħraf u napprezza l-integrità, id-diliġenza u l-impenn ġenwin lejn is-servizz pubbliku. Dawn il-kwalitajiet li nħoss li huma ideali f'politiku, għandi pjaċir ngħid li rajthom riflessi fil-ħidma parlamentari kif ukoll extraparlamentari ta' Dr Schembri.
Deborah għandha sett ta' valuri ewlenin sodi li qatt ma tagħmilx kompromessi fuqhom, iżda fl-istess ħin hija persuna li taħdem f'tim u dejjem tat kontribut attiv fid-diskussjonijiet tal-Grupp Parlamentari dwar policies u l-istrateġija politika.
Hija bniedma moderata fi kliemha, tirbħek bl-argument u taħdem sakemm tasal biex dak li temmen fih twettqu. Bħala mara tagħmel unur lin-nisa fil-politika u dan għaliex dejjem stinkat, ħadmet b'integrità, b'onestà u b'sens ta' ġustizzja soċjali. Mara li tispiralek fiduċja għaliex li tagħmel tagħmlu bi ħsieb u bil-għaqal.
Ibqa' aġġornat bl-aħħar aħbarijiet, attivitajiet, u ħidma fil-komunità.
Segwi l-paġna għal aħbarijiet u kontenut mill-kampanja.
Żur il-paġnaAra l-aħħar ritratti u storji mill-attivitajiet ta' kuljum.
Żur il-profilMessaġġi diretti, mument b'mument.
Żur il-profilSegwi l-aħħar aġġornamenti, avvenimenti, u xogħol fil-komunità minn Deborah Schembri.
Aqra l-manifest tal-kampanja.
Ikkuntattjani biex niddiskutu kif nistgħu naħdmu flimkien.